Il-klabb Ingliż tal-futbol Manchester United ikkonferma li David Moyes tneħħa minn Coach tal-klabb. Fi stqarrija ppubblikata fis-sit elettroniku tal-klabb ingħad li Moyes ħalla lill-klabb, bl-amministrazzjoni tal-klabb irringrazzjatu tal-ħidma li wettaq fix-xhur li għaddew.
Matul il-jum tal-bieraħ, il-media internazzjonali bdiet tispekula dwar il-futur ta’ Moyes. Madankollu, rapporti fil-media Ingliża qed jgħidu li dalgħodu Moyes informa lill-klabb bid-deċiżjoni tiegħu li jitlaq mit-tmexxija tat-tim. Hu ltaqa’ ma’ membri tal-amministrazzjoni tal-klabb fit-training grounds f’Carrington. Ir-rapporti qed jgħidu wkoll li l-plejer veteran Ryan Giggs mistenni jieħu post Moyes sal-aħħar tal-istaġun.
Moyes kien il-magħżul ta’ Sir Alex Ferguson wara li dan tal-aħħar ħalla l-klabb. Hu kien ingħata kuntratt ta’ sitt snin.
//= $special ?>
