Ambjent Lokali

Riħ qawwi fis-sigħat li ġejjin

L-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi li r-riħ mill-Grigal il-Lvant se jkun qawwi għal qawwi ħafna f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin.

L-Uffiċju Meterjoloġiku qal li din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sad-9pm.

Intant, it-temp matul il-ġurnata tal-Erbgħa mistenni jkun pjuttost imsaħħab bil-possibilta’ ta’ xi ħalbiet iżolati tax-xita li jsir ftit imsaħħab.

Ir-riħ se jkun moderat għal ftit qawwi mill-Punent Majjistru li jiżdied għal qawwi lokalment qawwi ħafna waranofsinhar.