Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Filmat: Għawdex b’nuqqas ta’ xogħol, nuqqas ta’ proġetti, nixfa fin-negozju

Il-Kumitat ta’ Monitoraġġ dwar il-bejgħ taċ-Ċittadinanza għadu lanqas iltaqa’ darba

Għawdex b’nuqqas ta’ xogħol, nuqqas ta’ proġetti, nixfa fin-negozju. Din hija l-istampa li żviluppat fl-ewwel sena ta’ Gvern Laburista u li dwarha tkellem il-Kap tal-Oppożizzjoni meta l-Erbgħa filgħaxija ħa sehem f’attività f’Għawdex.

Waqt intervista li saret fin-Nadur Għawdex mill-ġurnalist tal-PBS David Bonello, il-Kap tal-PN Simon Busuttil tkellem dwar ir-realtajiet diffiċli li qed jiffaċjaw l-Għawdxin bħalissa, u kif il-PN huwa kommess li anke Għawdex ikun aħjar.

Meta kien mistoqsij dwar id-deficit ekonomiku, Simon Busuttil spjega kif fl-aħħar xhur kompla jiżdied id-dejn tal-pajjiż. Minn naħa l-oħra, l-Oppożizzjoni qed tittama li l-ekonomija tkompli sejra ‘il quddiem u jinħoloq ix-xogħol.

Il-Kap tal-PN qal ukoll li Malta tkun aħjar anke b’rappreżentanti denji fil-Parlament Ewropew.

Matul din l-intervista il-Kap tal-Oppożizzjoni ma ddejjaq xejn iwieġeb il-mistoqsijiet diretti tal-ġurnalist tal-PBS – b’domandi fuq suġġetti varji, inkluż il-liġi tal-Unjoni Ċivili, l-addozzjoni tat-tfal minn koppji tal-istess sess u l-kwistjoni tat-tanker tal-gass f’Marsaxlokk.

Fl-istess intervista il-Kap tal-Oppozizzjoni ma ddejjaq xejn iwiegeb il-mistoqsijiet diretti tal-gurnalist tal-PBS – b’domandi fuq suggetti varji, inkluż il-qasam ambjentali, il-kaċċa, l-addozzjoni tat-tfal minn koppji tal-istess sess, il-kwistjoni tat-tanker tal-gass f’Marsaxlokk, u anke l-Youth Guarantee. Hawnhekk, hu appella biex il-garanzija għaż-żgħażagħ tkun tassew miftuħa għal kulħadd.

Ġie żvelat ukoll li l-Kumitat ta’ Monitoraġġ dwar il-bejgħ taċ-Ċittadinanza għadu lanqas iltaqa’ darba, u s’issa għadu qed jinżamm sigriet kemm daħlu applikazzjonijiet u min huma dawk li applikaw għaċ-ċittadinanza.

Fl-istess attività, Simon Busuttil tenna l-importanza kbira li se jkollha l-elezzjoni tal-24 ta’ Mejju li ġej, biex il-poplu jwassal messaġġ lill-Gvern ħalli ma jkomplix jirrombla minn fuq in-nies.