Il-Partit Nazzjonalista għandu messaġġ ċar għall-Għawdxin: Għawdex jixraqlu aħjar, il-ħaddiema Għawdxin jixirqilhom aħjar u tal-ħwienet jixirqilhom aħjar. Iżda fl-aħħar sena, l-Għawdxin raw biss tnaqqis fil-konsum u tnaqqis fil-bejgħ u l-Gvern mhux joħloq xogħol għall-Għawdxin kif wegħedhom qabel l-aħħar elezzjoni.
Hekk sostna l-Kap tal-PN Simon Busuttil fi tmiem żjara li għamel fil-kumpless Arkadia fir-Rabat Għawdex, akkumpanjat mill-kandidati tal-PN għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Helga Ellul, Francis Zammit Dimech u Kevin Cutajar, mis-Segretarju Ġenerali Chris Said u mid-Deputati Giovanna Debono u Frederick Azzopardi. Hu ddawwar mal-kumpless mill-Marketing Manager George Larry Zammit.
Fil-messaġġ tiegħu, anke f’Għawdex, il-Kap tal-PN tkellem dwar ix-xogħol, filwaqt li sostna li l-messaġġ tal-PN għal din il-kampanja jibqa’ wieħed pożittiv minn Oppożizzjoni li trid tara pajjiż aħjar.
//= $special ?>