Żewġt irġiel Għawdxin ingħataw sentenza sospiża wara li nstabu ħatja li biegħu għasel importat minn Sqallija, mmarkat bħala għasel Malti. Ommhom kienet immultata €700 wara li nstabet ħatja li kienet fil-pusses ta’ prodott li ma kienx ta’ “standard” mixtieq.
Jamie Charles Martin Enriquez ta’ 32 sena u Simon Kris Enriquez ta’ 38 sena minn San Lawrenz instabu ħatja li biegħu dan l-għasel b’qerq meta ma qalux il-verita bil-kitba jew b’xi mod ieħor lill-klijenti tagħhom.
Huma nstabu ħatja tal-akkużi magħmlu mill-Ispettur Josric Mifsud li akkużahom bi prodott falz, reklamar falz u li minbarra li qarrqu, ma biegħix prodott li kien qed jistenna li jirċievi l-konsumatur.
Ommhom Michelina Enriquez ta’ 60 sena ma nstabitx ħatja ta’ dawn l-akkużi u nstabet ħatja biss fuq il-kwalita’ tal-prodott. Fix-xhieda tiegħu, Emanuel Buhagiar mill-Ministeru għar-Riżorsi Rurali u l-Ambjent ikkonferma li l-Ministeru kien irċieva diversi ilmenti li kien hemm kumpanija magħrufa bħala ‘Gozo Specialities’ kienet qed tbiegħ għasel taħt il-premessa li kien wieħed tradizzojonali Malti meta ma kienx il-każ.
L-ilmenti kienu qegħdin jaslu l-aktar mingħand persuni li kienu jrabbu n-naħal. “L-għasel huwa prodott partikolari u ħafna jqisuh bħala prodott li għandu ħtiġijiet mediċinali”, qal ix-xhud.
//= $special ?>

