Grupp ta’ studjużi ħarġu filmat magħmul bil-komputer li juri l-postijiet fid-dinja fejn f’dawn l-aħħar snin niżlu asterodii mdaqsin, fosthom fl-2002 fil-Mediterran.
L-istudjużi, mill-B612 Foundation bażat fl-Istati Uniti u li jinkludi numru ta’ eks astronawti tan-NASA, jaħdem biex ixerred informazzjoni dwar il-bżonn tal-ħarsient al-ispazju.
Instab li bejn l-2000 u l-2013 kien hawn 26 asteroide li laqtu d-dinja u l-impat tagħhom kellu qawwa ta’ bejn 1 u 600 kilotonnes – il-bomba atomika li kienet splodiet fit-Tieni Gwerra Dinija fuq Hiroshima kien fiha l-qawwa ta’ 15-il kilotonne.
Il-grupp qed jittama li bil-filmat li ħareġ ikun hawn għarfien akbar li l-asteroide qed jolqtu d-dinja bi frekwenza akbar milli jaħsbu ħafna.
L-ifnormazzjoni inġabret bil-kollaborazzjoni tal-Comprehensive Nuclear Test-Ban Treaty Organization (CTBTO). Din għandha tagħmir sofistikat li kien inbena biex jinduna meta ssir splużjoni nukleari bil-moħbi.
Fortunatament, ħafna minn dawn l-asteroide tfarku fl-atmosfera u kkawżaw ftit problemi fid-dinja. Ħafna minnhom fortunatament spiċċaw fil-baħar imma xi wħud, bħal ma kien il-każ ta’ asteroide ta’ 20 metru s-sena li għaddiet f’Chelyabinsk fir-Russja għamlet ħsara u ħasdet lil ħafna.
//= $special ?>

