Sergei Lavrov, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, wissa li r-Russja kienet lesta tirreaġixxi jekk l-interessi tagħha fl-Ukrajna jkunu attakkati u xebbah dak li qed jiġri fl-Ukrajna mal-gwerra li kien hemm fil-Ġorġja fl-2008.
Hu qal dan f’kummenti lill-istazzjon televiżiv Russu Russia Today u akkuża lill-Istati Uniti li kienet qed tmexxi l-affarijiet fl-Ukrajna.
Dan hekk kif l-Ukrajna u l-Istati Uniti qed jakkużaw lil Moska li qed tmexxi l-irġiel armati li qed jieħdu l-kontroll ta’ bini tal-Gvern fil-Lvant tal-Ukrajna. Dan apparti li dawn keċċew lill-awtoritajiet li kien hemm u bdew imexxu l-affarijiet huma. Dan kien simili għal dak li seħħ aktar kmieni din is-sena fil-Krimea li mbagħad ingħaqdet mar-Russja.
//= $special ?>

