FinanceMalta se torganizza s-7 Konferenza Annwali tagħha nhar il-15 ta’ Mejju f’attività li se tistieden nies prominenti fl-industrija lokali u oħrajn internazzjonali. It-tema tal-konferenza ta’ din is-sena hija ‘Growth through Change and Adaptability’.
Fost il-mistiedna distinti, din is-sena se jattendi Philip Molyneux li huwa Professur tal-Finanzi u Dekan tal-Kulleġġ tal-Finanzi fl-Universita ta’ Wales. Huwa se jkun qed jitkellem dwar l-SMEs.
Iċ-Chairman ta’ Finance Malta Kenneth Farrugia qal li din il-konferenza tagħti opportunità lil professjonisti Maltin u oħrajn barranin isiru jafu aktar lil xulxin.
//= $special ?>