Internazzjonali

Ismijiet mill-Medju Evu reġgħu saru moda

Stħarriġ li sar sab li isimijiet antiki Ingliżi li kienu jintużaw fi żmien il-Medju Evu reġgħu saru popolari.

L-istħarriġ li sar mis-sit eletroniku popolari dwar it-trobbija tat-tfal Netmums sab li ismijiet bħal Alfred, Millicent u Elvina, li kienu popolari 800 sena ilu, reġgħu sabu posthom fis-soċejta Ingliża.

Instab li tul din is-sena, tnejn minn kull ħames ġenitur ġdid kien għażel isem minn żmien il-Medju Evu għat-tfal tagħhom.

Ismijiet oħra li reġgħu saru popolari kienu Cole, Ned, Audley, Peyton u Wyatt għas-subien u Kendra, Kim jew Kym u Winnie għall-bnit.

Iżda l-istħarriġ sab ukoll li moda popolari oħra wara dik li jingħataw ismijiet minn żmien il-Medju Evu kien li l-isem jinkiteb b’mod differenti filwaqt li l-prononużja tibqa’ l-istess bħal Timi minflok Timmy.

Ma naqsux ismijiet strambi bħal Lansera (Arsenal bil-maqlub), Galaxy Star, Egypt, Cash, Mystie-Rae u Kaseza.