Il-kandidat tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Junker se jżur Malta l-Ġimgħa, 2 ta’ Mejju. Iż-żjara tal-eks Prim Ministru tal-Lussemburgu f’Malta ġiet konfermata u mħabbra mill-PPE bħala parti mill-hekk imsejjaħ “Juncker for President Campaign Trail”, li tnieda fl-aħħar sigħat.
Bħala parti minn dan il-programm, Juncker se jżur diversi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea bejn il-25 ta’ April u nofs Mejju. Jean Claude Junker hu meqjus bħala ħabib kbir ta’ pajjiżna u tal-Partit Nazzjonalista, anke għax ta kontribut importanti biex Malta tissieħeb fl-UE u biex Malta tikseb l-aħjar pakkett possibbli fin-negozjati tas-sħubija.
//= $special ?>