Il-mod kif il-Prim Ministru Muscat fetaħ din il-kampanja elettorali jikkuntrasta bil-kbir mal-mod kif ta bidu għall-kampanja elettorali sena ilu. Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista nnota kif fl-ewwel jumejn ta’ din il-kampanja, Muscat ingħalaq f’torri tal-avorju, filwaqt li qed jaħrab mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti u min-nies. Ilbieraħ saħansitra daħal għand il-familja ta’ kuġina tiegħu u pprova jpinġi ż-żjara bħala waħda għand familja normali.
Il-PN qal li jidher ċar li l-Prim Ministru hu aktar komdu jingħalaq ma’ tal-qalba milli jiffaċċja lin-nies u jisma’ x’għandhom x’jgħidulu. Minflok jindirizza konferenza tal-aħbarijiet u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Joseph Muscat qed jinħeba wara attivitajiet tal-massa, xandiriet u features orkestrati fuq YouTube, b’billboards u materjal propagandistiku ieħor.
F’sena waħda, Malta Tagħna Lkoll saret Malta tal-Qalba Biss.
//= $special ?>