Tnediet l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Premju Ħaddiem tas-Sena. Il-Ministru Helena Dalli ħabbret li n-nomini se jintlaqgħu sat-30 ta’ Settembru minn fost ħaddiema f’kull post tax-xogħol biex minnhom jintgħażlu r-rebbieħa u ssir premjazzjoni f’Novembru.
Hi qalet li dan il-Premju hu ntiż biex ikunu mħeġġa iżjed il-prattiċi u l-etika fix-xogħol kif ukoll bħala rikonoxximent lil dawk il-ħaddiema li juru impenn u rispett lejn il-kollegi tagħhom.
Minbarra t-trofej li jkunu ppreżentati lilhom, ir-rebbieħa fid-diversi kategoriji ta’ dan il-Premju se jkollhom opportunità li jtejbu l-ħiliet tagħhom permezz tal-proġett Let Me Learn. Għaldaqstant dan il-Premju qed ikun pro-attiv u dinamiku.
Il-koordinatur tal-proġett Let Me Learn Colin Calleja spjega li permezz tal-għarfien tagħhom infushom, il-ħaddiema jkunu jistgħu jaħdmu f’timijiet biex il-gruppi li jaħdmu fihom, iħallu l-frott mixtieq.
//= $special ?>