Paul Scholes li rtira f’Mejju tal-2013 u għandu 39 sena, irritorna ma’ Manchester United bħala parti mit-tim ta’ kowċis wara t-tneħħija ta’ David Moyes. Huwa kien irrifjuta li jieħu l-kariga permanenti taħt Moyes. Imma issa li fit-tmexxija hemm il-ħabib tiegħu Ryan Giggs u l-eks kollegi plejers Nicky Butt u Phil Neville, jassistuh, aċċetta li jgħin.
Sadanittant Sir Alex Ferguson se jkollu rwol importanti biex jagħżel is-suċċessur ta’ Moyes. Ferguson se jkun parti mill-bord ta’ għażla li se jkun jikkonsisti minn kull membru tal-bord ta’ United.
United qed ifittxu kowċ b’esperjenza bl-Olandiż Louis Van Gaal u l-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti qed jingħad li huma l-akbar kontendenti.
JANUZAJ – Il-winger ta’ Man Utd Adnan Januzaj iddeċieda li jirrappreżenta lill-Belġju fil-futbol internazzjonali. Dan ħabbru l-kowċ nazzjonali tal-Belġju Marc Wilmots. Januzaj twieled fil-kapitali Belġjana Brussell minn ġenituri mill-Kosovo u l-Albanija. Il-plejer ta’ 19-il sena seta’ jirrappreżenta lill-Kosov, l-Albanija, t-Turkija, s-Serbja u anke l-Ingilterra.
//= $special ?>

