L-aġenzija spazjali Amerikana ħarġet bl-iniżjattiva biex in-nies madwar id-dinja jieħdu ritratt tagħhom infushom, maħgruf bħala selfie, fil-beraħ fil-post fejn igħixu u jpoġġuħ fuq l-Internet.
Dan qed isir bħala parti mill-44 anniversarju ta’ Earth Day li kienet ċelebrata din il-ġimgħa kif ukoll b’rabta mal-kampanja tan-NASA, “Earth Right Now”, u l-ħames missjonijiet spażjali li n-NASA se tagħmel din is-sena.
In-nies qed ikunu imħeġġa jieħdu ritratti kreativi u li jagħti indikazzjoni ta’ fejn jisntabu u imbagħad ipoġġuħ fuq is-social media “GlobalSelfie”.
Dan bl-iskop li n-NASA taħmel ritratt tad-dinja b’kolloezzjoni ta’ ritratti fosthom b’mosaic ta’ dawn is-selfies. Bihom se jsir ukoll filmat u kollox mistenni jsir pubbliku x-xahar id-dieħel.
L-iniżjattiva jidher li ntlaqgħet tajjeb u diġa bdew jiptoġġew eluf ta’ ritratti ta’ kull tip minn madwar id-dinja.
In-NASA qalet li filwaqt li hi dejjem tħares lejn id-dinja mill-ispazju,għal Earth Day qed titlob li n-nies jieħdu r-ritratt tagħhom għan-NASA.
//= $special ?>

