Qorti

Sena ħabs għal Sirjan bi problemi ta’ alkoħol fuq serq

Raġel Sirjan ta’ 44 sena ġie kundannat sena ħabs mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit wara li nstab ħati li seraq minn kiosk fil-Belt, Valletta. Samer Mohammed, li għandu problema ta’ alkoħol huwa magħruf mal-Pulizija u mhux l-ewwel darba li kkommetta reati simili biex jiffinanzja l-vizzju li għandu.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Kylie Borg informat lill-Qorti li mhux l-ewwel darba li s-Sirjan kiser dufrejgħ mal-Pulizija, u l-aktar fuq serq. Hija qalet ukoll lil Mohammed huwea residenti fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa.

Fit-13 ta’ Frar, għall-ħabta tas-5:40p.m. is-Sirjan seraq ammont ta’ flus u ħelu mill-ħanut propjeta’ ta’ Anthony Camilleri li jinstab fi Triq il-Merkanti.

Nhar it-Tnejn li għadda għall-ħabta tat- 8.00 p.m.

Mohammed seraq ukoll ħelu mill-Fontana Kiosk ukoll mill-Belt, Valletta. Huwa ammetta serq sempliċi u aggravat u li wettaq dan ir-reat meta kien għadu taħt sentenza sospiża. L-Avukat tal-Għajnuna Legali Mark Mifsud Cutajar deher għall-ħati.