Qorti

Sentenza sospiża għal Rumen li ammetta li seraq mobajl

Raġel ta’ nazzjonalita’ Rumena, Ionut Neagu ġie kundannat 16-il xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li seraq mowbajl li jiswa €500 mingħand raġel Libjan. Il-Qorti ordnat ukoll lir-Rumen biex iħallas tal-mobajl li seraq jew jirritornah lura.

Fis-16 ta’ April li għadda Neagu ta’ 26 sena kien miexi San Ġiljan meta ltaqa’ ma’ Libjan, Mohamed Elbakkouri u talbu biex jisilfu l-mobajl biex ikun jista’ jċempel lit-tfajla tiegħu. Meta l-Libjan tah l-mowbajl li kellu, r-Rumen ħarab minn fuq il-post.

Il-Ħadd li għadda fil-ħin li l-Libjan kien Paċeville, huwa għaraf lil Neaguu, bir-Rumen jinqabad mill-Pulizija. Huwa ammetta l-akkużi miġjubin kontrih.

Meta qieset il-fatt li r-Rumen ammetta mill-ewwel l-akkużi miġjubin kontrih, il-Maġistrat Marse Anne Farrugia infurmat lill-ħati li l-akkużi dwar serq ta’ mowbajl iġġorr piena massima ta’ tliet snin ħabs. Madankollu Neagu kompla jammetti ħtijitu.

Id-difiża qalet li l-inċident kien att ta’ ġenn u li huwa kien qed jitlob skuża għal dak li kien għamel. “Huwa ġie Malta biex isib impjieg iżda wara dan l-inċident m’għandu l-ebda pjanijiet li jibqa’ Malta. Għalih deher l-Avukat Cedric Mifsud filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Daryl Borg.