Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Il-ħaddiema tal-Enemalta huma l-aqwa xhieda ta’ kemm Joseph Muscat jużak u jarmik

Qabel l-elezzjoni, Joseph Muscat u l-Partit Laburista taw garanzija li l-Enemalta mhux se tkun privatizzata u li l-impjiegi tal-ħaddiema se jkunu garantiti.

Illum, sena wara, qed iseħħ eżatt bil-kontra: il-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi ffirma ftehim li bih jipprivatizza l-Enemalta u qed joffri pagi taċ-Ċina lill-ħaddiema tal-Enemalta. Il-ħaddiema tal-Enemalta qed jgħixu f’inċertezza kbira għax ma jafux jekk il-job tagħhom hux se jibqa’ mal-Gvern Malti jew jekk hux se jkun mal-Gvern taċ-Ċina.

Sadanittant, mart il-Ministru Konrad Mizzi akkwistat job għal tal-qalba b’paga ta’ €13,000 fix-xahar u sparixxiet x’imkien fiċ-Ċina.

F’sena sħiħa l-Prim Ministru Muscat iffoka l-energija tiegħu fuq tal-qalba. Ikun aħjar jekk issa l-Prim Ministru u l-Ministru Konrad Mizzi jiffukaw l-enerġija tagħhom biex joħolqu opportunitajiet għal kulħadd mhux għal tal-qalba biss.

Il-Partit Nazzjonalista tenna li l-ħaddiema tal-Enemalta huma l-aqwa xhieda ta’ kemm il-Gvern Laburista jaħseb f’tal-qalba biss u kif Joseph Muscat jużak u jarmik.