Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil waqt djalogu fil-pjazza principali ta’ Raħal Ġdid, il-Ħamis filgħaxija.
Simon Busuttil qal li l-Partit Laburista uza lin-nies imbgħad ramihom u tradihom. Simon Busuttil fakkar li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ressqet mozzjoni fil-Parlament bil-għan li l-art fejn is-sit ta’ Ħaġrat fl-Imġarr tiġi esproprjata u b’hekk ma jkunx jista’ jsir żvilupp fuqha.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li din hija elezzjoni diffiċli għall-Partit Nazzjonalista iżda il-Partit Nazzjonalista se jibqa jagħmel l-almu tiegħu biex jressaq ‘l quddiem politika għal Malta Ahjar fl-Unjoni Ewropea.
Simon Busuttil qal li fl-24 ta’ Mejju, il-poplu jista’ jibgħat messagg lill-Prim Ministru u l-Partit Laburista jekk mhux kuntent bit-tmexxija tal-Gvern. Hu sostna li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jkun vicin in-nies biex ikollna Malta Aħjar.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonlista tkellem ukoll dwar iz-zieda fil-qghad fl-ahhar sena u qal li n-nuqqasijiet tal-Gvern fix-xogħol hija waħda mir-raġunijiet għaliex m’għandnix Malta aħjar. Hu sostna wkoll li l-Gvern għad irid jispejga iċ-ċifri dwar l-iżbilnaċ u d-dejn. Hu qal ukoll li l-Prim Ministru qed jgħid li naqqas l-izbilanc tas-sena li ghaddiet u fl-istess nifs qed jiftahar b’weghdi li jridu jitwettqu din is-sena. Simon Busuttil qal li dan huwa ingann tal-Prim Ministru u insult ghall-intelligenza tan-nies.
Fid-djalogu ha sehem ukoll l-Avukat u preżentatur ta’ programm televiziv, Frank Psaila li tkellem dwar kif kienet il-pożizzjoni Laburista kontra s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u l-konvinzjoni tal-Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil fil-kampanja għas-sħubija li waslitu biex minkejja li ġej minn familja tradizzjonalment Laburista, jersaq lejn il-Partit Nazzjonalista.
Il-President tal-Ezekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech tkellmet dwar wegħdi mhux imwettqa mill-Gvern Laburista li qed jiddisapuntaw lin-nies fosthom wegħdi miksura b’rabta mal-meritokrazija, it-trasparenza u servizzi aħjar għal persuni vulnerabbli.
Il-ġurnalist Fabian Demicoli tkellem dwar l-importanza tal-kampanja għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew biex in-nies ikunu infurmati kemm dwar temi lokali kif ukoll dwar temi Ewropej li se jolqtuhom.
Wara d-djalogu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil iltaqa’ ma diversi persuni fosthom familji, anzjani, żgħażagħ u tfal.
//= $special ?>