Il-Partit Laburista fil-Gvern mhux qed jiggarantixxi l-ebda futur għaż-żgħażagħ Maltin. Iż-żgħażagħ li qed ifittxu impjieg jinħtiegu setturi ġodda fejn jistgħu jimirhu u mhux lezzjonijiet tal-privat fis-sajf.
Il-kandidat tal-PN ghall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Kevin Plumpton qal dan b’referenza għall-iskema Youth Guarante Programme li ghħadu kif tnieda mill-Gvern. Huwa kien qed jitkellem waqt żjara li għamel fil-kumpanija Prevarti fit-Technopark tal-Mosta.
Kevin Plumpton sostna li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista dejjem ħadem biex rawwem ambjent ta’ investiment u xogħol f’pajjiżna, l-uniku proposta li ħareġ biha l-Gvern Laburista kienet li jagħti privat b’xejn lil studenti li ma jgħaddux mill-ezamijiet; proposta li mhux se tindirizza l-problema dejjem tikber tal-qgħad fost iż-żgħażagħ.
Il-kumpanija li tispeċjalizza fil-qasam tar-restawr investiet f’makkinarju ġdid grazzi għall-fondi li kisbet mill-Unjoni Ewropea. Kevin Plumpton saħaq li kull Membru Parlamentari Ewropew Malti ghħandu jaħdem biex aktar kumpaniji jiksbu fondi Ewropej biex ikomplu jinvestu fin-negozju tagħhom u qal li jekk ikun elett se jkun qed jaħdem biex isiru kampanji ta’ informazzjoni ma’ negozji zgħar u medji biex ikunu jafu dwar l-opportunitajiet li għandhom.
Waqt iż-żjara Kevin Plumpton ntlaqa’ minn Pierre Bugeja l-fundatur u konservatur li jmexxi din il-kumpanija u tkellem ukoll mal-hħddiema ta’ din il-kumpanija.
//= $special ?>