L-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech jinsabu l-Vatikan biex jattendu għall-kanonizazzjoni tal-Beati Papiet Ġwanni XXIII u Ġwanni Pawlu II. Fi stqarrija, il-Kurja tal-Arċisqof ħabbret li huma mistennija jikkonċelebraw fil-Quddiesa li se jmexxi l-Papa Franġisku l-Ħadd filgħodu fi Pjazza San Pietru f’Ruma.
L-Isqof Grech qed imexxi grupp ta’ pellegrini Maltin u Għawdxin, magħmul minn madwar 50 persuna. L-istqarrija tgħid li l-Arċisqof ħalla Malta lejn Ruma dalgħodu, filwaqt li l-Isqof Mario Grech ħalla Malta l-Erbgħa li għadda. Huma se jaslu lura Malta t-Tlieta li ġej.
//= $special ?>