Real perikolużi wisq bil-kontra attakk
Il-kowċ ta’ Bayern Munich Pep Guardiola qal li t-tim tiegħu lagħab kontra tim li grazzi għall-players veloċi li għandu, meta jilgħab bil-kontra attakk hu kważi impossibbli twaqqafhom. Guardiola qal dan wara li l-holders Bayern tilfu 1-0 barra minn darhom fl-ewwel leg tas-semi finali taċ-Champions League fil-Bernabeu. Ironikament din kienet l-ewwel darba li Guardiola, eks kowċ ta’ Barcelona, ħareġ tellief minn dan il-grawnd. Għal Bayern din kienet l-ewwel darba li tilfu barra minn darhom f’din il-kompetizzjoni wara 10 riżultati pożittivi. Dan ir-riżultat ifisser li issa l-:ermaniżi jridu jiskurjaw minn tal-anqas gowl biex jisfurzaw il-ħin barrani pero` jridu jkunu attenti li Real ma jerġgħux jagmħmlu bħal nhar l-Erbgħa u jiskurjawlhom bil-kontra-attakk.
“Minkejja t-telfa jin kburi bit-tim. Lagħbna tajjeb kontra wieħed mill-aqwa timijiet fid-dinja imma nemmen li ġimgħa oħra għandna fejn nitjiebu kemmxejn,” qal Guardiola.
“Kellna ħafna mill-pussess tal-ballun u fil-fatt konna aħna li ikkontrolajna l-logħba imma Real huma tim li meta joperaw bil-kontra attakk kważi impossibbli twaqqafhom għax għandhom players veloċi ħafna,” kompla jgħid Guardiola.
Il-kowċ Spanjol temm jgħid li issa se jkun qed jittama li fit-tieni leg fil-:ermanja t-tim ikun mgħejjun mill-apoġġ tal-partitarji.
Ta min jiftakar li fl-istaġun 2011-12 Real kienu sfaw eliminati mis-semi finali ta’ din il-kompetizzjoni proprju kontra Bayern Munich. Dakinhar l-aggregate kien dak ta’ 3-3 u Bayern, li kienu immexxija minn Jupp Heynckes, għaddew bl-għoti tal-penalties.
Kuntent b’kollox
Il-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti ma sab l-ebda difett fis-serata li fiha Real għelbu lil Bayern u qal li minkejja li kien hemm xi ħinijiet li t-tim sofra dan kien parti mil-pjan tattiku.
“Fil-bidu bdejna nibżgħu kemmxejn minnhom imma fit-tieni taqsima l-avversarji kienu inqas effettivi. Kont kuntent ħafna bil-fatt li players bħal Isco u Carvajal niżlu jiddefendu biex jipproteġu lil Coantrao u lil Di Maria. Ta min jiftakar li kellna lil Bale nieqes u Ronaldo ma kienx fl-aqwa kundizzjoni. It-tieni leg mhux se tkun faċli u rridu nilagħbu bl-istess atittudni li lagħbna biha llum,” qal Ancelotti.
It-tim ta’ Carlo Ancelotti se jkun qed ifittex li jelimina lil-holders Bayern biex jasal għall-ewwel darba sa mill-2002 sal-finali ta’ din it-tazza li s’issa rebħu disa’ darbiet.
Minn naħa tiegħu Ronaldo qal li l-iskor ta’ 1-0 hu vantaġġ pożittiv imma l-għan fit-tieni leg se jkun li jiskurjaw gowl biex jikkumplikaw l-affarijiet liċ-champions Ewropej.
Real Madrid 1-0 Bayern Munich


