Bormliż ta’ 50 sena ġie kundannat sentejn ħabs wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke li f’Jannar li għadda seraq diversi oġġetti minn fuq opra tal-baħar li kienet sorġuta fil-marina tal-Birgu.
Fost l-oġġetti li nsterqu kien hemm laptop, ipad, ġojjelli, polka, kożmetiċi, trombi, camera diġitali u video camera. Charles Cutajar, ammetta li seraq dawn l-oġġetti propjeta’ ta’ Christian Ytteborg, ta’ nazzjonalita’ Norveġiża.
Huwa ammetta wkoll li sar reċidiv b’diversi sentenzi tal-Qorti. Il-Qorti kkunsidrat il-fatt li Cutajar ammetta l-akkużi miġjubin kontrih anke jekk mhux fi stadju bikri, jiġifieri fil-preżħentata jew ftit wara. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Carlos Cordina u Robert Said Sarreo.
//= $special ?>

