Internazzjonali

Stati Uniti: Evakwati r-residenti ta’ belt fi Wyoming wara splużjoni f’impjant tal-gass

Ir-residenti tal-belt ta’ Opal, fl-istat Amerikan ta’ Wyoming, kienu evakwati kollha wara splużjoni f’impjant tal-gass li hemm fil-qrib. Huma kienu evakwati bħala prekawzjoni wara li fl-impjant żviluppa wkoll nar. In-nar beda f’torri fejn isir proċess biex ikun raffinat il-gass qabel ma jitqassam fid-djar.

B’xorti tajba, dan l-inċident ma ħalla l-ebda vittmi u l-kawża tal-isplużjoni għadha mhix magħrufa. Madankollu, għal raġunijiet ta’ sigurtà, ir-residenti ttieħdu f’żona li testendi sa tliet mili ‘l barra mill-belt biex ikun żgurat li jkunu ‘l boghod minn kull periklu.