Qorti

Żagħżugħ mixli li ħebb għal Kuntistabbli tal-Pulizija

Żagħażugħ ta’ 23 sena minn Birżebbuġa ingħata l-liberta’ proviżorja fuq garanzija personali ta’ €3,000 wara li wieġeb mhux ħati li bi vjolenza rreżista l-arrest, ħebb u fera ħafif membru tal-Korp tal-Pulizija.

Huwa wieġeb ukoll mhux ħati li għamel rapport falz lill-Pulizija, ma obdiex l-ordnijiet tagħhom u li kkommetta reat waqt li kien fuq probation. Li ġara kien li membri tal-iskkwadra ta’ kontra d-droga waqqfu xi żgħażagħ, inkluż lil Schembri waqt il-festa ta’ San Girgor f’Marsaxlokk, l-Erbgħa, 23 ta’ April li għadda.

Huwa sar vjolenti u fera ħafif lill-Kuntistabbli Luca Grasso. L-Avukat tal-Għajnuna Legali deher għal Schembri quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri filwaqt li l-Ispettur Malcolm Bondin mexxa l-Prosekuzzjoni.