Raġel ta’ 37 sena minn San Ġwann ġie kundannat 18-il xahar ħabs wara li ammetta li ikkommetta serqa minn residenza fis-Siġġiewi. Paul Spagnol ammetta li fil-lejl ta’ bejn it-18 u d-19 ta’ Mejju 2004 seraq flus kontanti u deheb minn dar fis-Siġġiewi b’dannu għal Joseph Xuereb.
Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera qieset fost oħrajn li huwa kien reċidiv u li dam tmien snin biex ammetta. Il-każ tmexxa mill-Ispettur Carmelo Magri.
//= $special ?>

