Internazzjonali

Indoneżja: Raġel arrestat wara li pprova jaħtaf ajruplan

Raġel ġie arrestat f’Ajruport fl-Indoneżja wara li dan ipprova jaħtaf ajruplan tal-linja tal-ajru Virgin, li mbagħad kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-Ajruport ta’ Bali. L-ajruplan kien qed itir minn Birsbane fl-Awstralja. Il-Pulizija tal-pajjiż qalu li r-raġel ipprova jidħol fil-cockpit biex jaħtaf l-ajruplan, iżda kien arrestat aktar tard, wara li suldati telgħu fl-ajruplan. Rapporti fil-media internazzjonali qed jgħidu li r-raġel kien fis-sakra.

Aktar kmieni …

Ajruplan tal-linja tal-ajru Virgin dalgħodu spiċċa maħtuf, bil-konsegwenza li kien sfurzat jagħmel inżul f’Bali, l-Indoneżja.

L-ajruplan kien fi triqtu lejn Bali mill-Awstralja.