Lokali

Attentat ta’ serq fuq Cash Van

Persuna mhux magħrufa ppuntat arma fil-konfront ta’ impjegat li kien qed jirmunka Cash Van.

Minn informazzjoni li għandu maltarightnow.com jirriżulta għall-ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofsinhar l-impjegati tal-kumpanija tas-sigurtà kienu qed isuqu il-Cash Van meta inqalgħu problemi mekkaniċi fil-vann.

Waqt li l-vann kien qiegħed jiġi rmunakat, karozza ta’ lewn griż u mingħajr numri ta’ reġistrazzjoni imblukkatilhom it-triq. Minnha niżel il-passiġġier li pponta l-arma fid-direzzjoni tal-ħaddiem.

Hekk kif indunat li l-Cash Van kien vojt il-persuna reġgħet daħlet lura fil-karozza fejn kellha jistenniha ix-xufier u flimkien ħarbu mill-post.

Bil-każ ġew infurmati il-Pulizija, li qed jinvestigaw il-każ.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.