Lokali

Aġġornata: Katavru ta’ anzjan Malti jittella’ mill-baħar fl-inħawi ta’ Wied Għammieq

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ katavru, kmieni wara nofsinhar, fl-inħawi ta’ Wied Għammieq. Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li l-katavru hu ta’ anzjan ta’ nazzjonalità Maltija, residenti l-Kalkara. Il-Pulizija mhix teskludi li l-anzjan hu s-sajjied u li l-kawża tal-mewt hi waħda naturali.

Il-katavru ntlemaħ ftit qabel in-12.30pm qrib il-Malta Film Facilities, fil-Kalkara, u ssejħet immedjatament l-għajnuna tal-Pulizija. Wara li ttella’ mill-baħar minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-katavru ttieħed lejn Xatt it-Tiben, qabel ma bdew isiru aktar eżamijiet forensiċi.

Aktar dettalji hekk kif jaslulna …