Il-Prim Ministru Joseph Muscat għal darb’oħra għażel li jinjora statistika uffiċjali tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika li ġiet pubblikata fl-aħħar siegħat, u li turi li fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena kemm l-iżbilanc kif ukoll id-dejn nazzjonali żdiedu.
Waqt li kien qed jitkellem f’attivita’ politika fil-Gzira, Joseph Muscat għazel li jerga’ jiftaħar li naqas l-iżbilanċ għal taħt it-tlieta fil-mija, filwaqt li qal li dan seħħ minħabba l-bagit li tressaq għal din is-sena.
Iżda ċ-ċifri ppubblikati l-Ġimgħa mill-NSO mhux biss juru li fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena l-iżbilanc żdied, xi ħaga li fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru għazel li jinjora,iżda filwaqt li Muscat atribwixxa t-tnaqqis tal-izbilanc ghall bagit li ressaq hu, jibqa’ l-fatt li l-mizuri tal-bagit, bhat-trahhis tal-kontijiet u r-refunds tal-karozzi kienu ghadhom ma nghatawx, għax huma miżuri li qed jittieħdu din is-sena.
Waqt l-attivita’ politika tkellem ukoll l-eks ġurnalista u Kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Charlon Gouder li qal li l-Gvern qieghed hemm biex jgħin lin-nies.
Fuq l-istess linja tkellem il-Prim Ministru, li qal li n-nies se jaraw id-differenza fil-mod kif jiġu trattati.
Madanakollu, la Charlon Gouder u l-anqas il-Prim Ministru ma rreferew għas-salarji lil tal-qalba, fosthom is-salarju ta’ 60,000 ewro għal habiba ta’ mart il-Prim Ministru b’job fi New York, il-job ta’ mart il-Ministru Konrad Mizzi fic-Cina, l-ingaġġar ta’ eks-gurnalisti tas-Super One mal-Gvern, fosthom Charlon Gouder innifsu, u jobs ta’ konsulenza mal-Ministeri lil numru ta’ deputati Laburisti.
Il-Prim Ministru rrefera għar-rata tal-impjiegi. Madanakollu Muscat ma semma xejn dwar il-mod kif fl-ewwel sena ta’ Gvern Laburista, dahlu elfejn ruħ jaħdmu mas-servizz pubbliku.
F’listess laqgħa spikkaw kummenti ta’ tifhir minn Kandidati Laburisti stess lill-Prim Ministru
Ma naqasx ukoll l-attakk ta’ Muscat fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni.
//= $special ?>