Illejla, l-ewwel serata tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar għal din is-sena. Fis-serata ser tinżammet il-kompetizzjoni tal-logħob tan-nar sinkronizzat mal-mużika u fiha pparteċipaw kumplessi tan-nar internazzjoni mill-Awstrija, Franza u r-Renju Unit, flimkien mal-Kumpless tan-Nar San Ġużepp ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Sadanittant, sar magħruf li t-tieni serata tal-Festival, li din is-sena hu aktar speċjali għax hu marbut mal-10 anniversarju mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, se ssir il-Ħadd u mhux għada. Din it-tieni serata se tittella’ fix-Xatt ta’ Buġibba u fiha se jikkompetu l-Kamra tan-Nar San Ġorġ ta’ Ħal Qormi, il-Kmamar tan-Nar tal-Banda Sant Andrija u tal-Banda l-Unjoni Sant ta’ Ħal Luqa, kif ukoll il-Kamra tan-Nar Santa Marija tal-Imġarr. Se jkun hemm ukoll spettaklu mill-kumpless tan-nar ta’ Lieto, ir-rebbieħa tal-Festival tal-2013.
It-tielet serata se tinżamm kif pjanat nhar l-Erbgħa, 30 ta’ April. Fiha, se jkun hemm spettaklu pirotekniku sinkronizzat mal-mużika, imtella’ mill-kumpless Taljan PyroEmotions. Dan l-ispettaklu se jkun parti mill-ispettaklu li se jittella’ fil-Port il-Kbir għall-10 anniversarju mis-sħubija ta’ Malta fl-UE.
//= $special ?>