Fl-ewwel jiem tal-kampanja elettorali, il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel żjara għand familja fl-Isla, akkumpanjat mill-kandidati tal-Partit Laburista. Wara ż-żjara ta’ nhar it-Tlieta ħareg li din il-familja tiġi minnu.
Tlett ijiem wara, dejjem fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja, Muscat il-Ġimgħa wara nofsinhar żar Child Care Centre fir-Rabat. Waħda miż-żewg sidien ta’ dan ic-Centru hi oħt il-mara tal-Kap Ezekuttiv tal-media Laburista Jason Micallef.
Dan ġie żvelat waqt il-programm Xarabank illejla mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said. Din hija t-tieni darba f’ġimgħa li l-Prim Ministru Muscat daħal għand tal-familja wara li aktar kmieni din il-ġimgħa daħal għand il-familja ta’ persuna tiġi minnu u pprova jpinġi ż-żjara bħala waħda għand familja kwalunkwe.
Kienet is-sid ta’ dan ic-Child Care Centre stess Elaine Grima li kkonfermat ma’ dan l-istazzjon li hi qariba ta’ dak li jmexxi One Productions.
Sid dan ic-Child Care Centre tiġi wkoll bint l-eks Deputat Laburista George Gatt.
Fil-fatt, saret pressjoni kbira fuq dan l-istazzjon, kemm mis-sid innifisha, kif ukoll mill-uffiċjal tal-Komunikazzjoni tal-Gvern, li kien preżenti għaż-żjara organizzata mill-Partit Laburista Glenn Bedingfield. Bil-għan li l-pubbliku ma jsirx jaf li għat-tieni darba konsekuttiva f’ġimgħa waħda, Muscat, din id-darba mic-child care centres ta’ Malta kollha, għazel li jmur għand qariba tal-kollega tiegħu Jason Micallef.
B’hekk, l-uniċi żewg żjarat li għamel il-Prim Ministru fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali, kienu mdawrin b’kontroversja, l-ewwel waħda għaliex għazel li jmur għand qariba tiegħu, u biex jgħatti dan il-fatt, il-Partit Laburista biddel il-kunjom tal-familja, u t-tieni għaliex għazel li jżur qariba, din id-darba mhux tiegħu, imma ta’ Jason Micallef.
//= $special ?>