Spiċċaw arrestati l-ħmistax-il membru ‘kollha’ tal-ekwipaġġ li kellhom x’jaqsmu man-navigazzjoni tal-vapurett ‘Sewol’ qabel it-traġedja tas-16 ta’ April li rriżultat fil-mewt ta’ għexieren ta’ passiġġieri, inklużi tfal tal-iskola.
Il-Prosekuzzjoni talbet il-mandati għall-arrest ta’ erba’ membri addizzjonali tal-ekwipaġġ li – flimkien mal-Kaptan u għaxar kollegi oħra (li kienu arrestati qabel) – se jiffaċċjaw akkużi dwar negliġenza kriminali. Il-vapurett għereq waqt vjaġġ bejn il-port ta’ Incheon u l-gżira ta’ Jeju u għad fadal l-għexieren tal-passiġġieri nieqsa, bit-tfittxija għalihom qed tkompli.
//= $special ?>
