Kummerċ Lokali

Dehra aktar moderna fl-istabbiliment Eden Super Bowl

Matul dawn l-aħħar ġimgħat l-istabbiliment Eden Super Bowl f’San Ġiljan ħa dehra ġdida grazzi għall-investiment ta’ 60,000 ewro mill-grupp Eden Leisure.

It-tibdil kien jikkonsisti f’għoxrin monitor LED ġdid fejn wieħed jista jsegwi l-punteġġi tal-logħba, art u siġġijiet ġodda, kollha madwar iż-żona ta’ fejn tintlagħab il-logħba popolari tal-bowling.

Id-disinn jagħti dehra aktar moderna lil dan l-istabbilment tad-divertiment li nfetaħ fl-1988 u huwa l-uniku ċentru tal-bowling f’pajjiżna li għandu għoxrin lane.

Matul il-ġurnata, kien hemm il-bidu ta’ waħda mill-bosta kompetizzjonijiet li jsiru f’dan iċ-ċentru tal-bowling, fejn dawk preżenti setgħu jgawdu mill-faċilitajiet ġodda li ġew inawgurati illum stess.