Ambjent Lokali

Din l-Art Ħelwa tgħid li r-riformi fil-MEPA se jservu l-interessi tal-iżviluppaturi

Din l-Art Ħelwa issotni li r-riformi li se jsiru fil-MEPA se jservu l-interessi tal-iżviluppaturi u se jwasslu għal inqas kontrolli fil-proċess tal-applikazzjonijiet għall-iżvilupp.

Fi stqarrija, Din l-Art Ħelwa qalet li l-awtorità l-ġdida tal-ambjent se tkun miġjuba f’pożizzjoni ta’ kumitat konsultattiv.

L-Għaqda kkritikat ukoll in-nuqqas ta’ interess espress mill-Ministru għall-Ambjent fil-proċess ta’ konsultazzjoni għall-policy il-ġdida dwar il-bini f’zoni ODZ.

Din l-Art Ħelwa qalet li l-Ministru għall-Ambjent jidher li qed jaħsel idejh mill-importanza għal wieħed mill-pilastri mill-iktar importanti tal-iżvilupp sostenibbli.

Fl-istqarrija Din l-Art Ħelwa qalet li l-maġġoranza tal-proposti fir-riforma se jwasslu għal restrizzjonijiet fid-deċiżjonijiet tal-ippjanar u tnaqqis fis-salvagwardji ambjentali.