Lokali

Filmat: Cuschieri u Engerer ma jaqblux

Ftit tal-jiem ilu, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew Joseph Cuschieri qal li l-magna tal-Partit Laburista diġa’ ddeċidiet min għandu jiġi elett fl-elezzjoni tal-24 ta’ Mejju u indika li l-Partit tiegħu qiegħed jipprova jikkontrolla l-media.

Madanakollu, mhux tal-istess opinjoni l-kandidat kollega tiegħu Cyrus Engerer – li hu fost il-favoriti li jiġi elett. Skont Engerer, il-kandidati kollha qed jingħataw l-istess ċans fuq il-media.

Ilbieraħ filgħaxija, fl-istess ġimgħa li Cyrus Engerer qal li l-Partit Laburista qed jitratta lil kull kandidat bl-istess mod, l-istess Partit Laburista għażel li jibgħat proprju lil Cyrus Engerer, flimkien ma’ Deborah Schembri għall-programm Xarabank.