Kultura

Il-100 sena tas-Soċjetà Filarmonika Stella Maris ta’ Tas-Sliema

Sabiex tiċċelebra il-100 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Stella Maris ta’ Tas-Sliema, il-kumitat qiegħed jippreżenta l-attività Prinċipali għal din is-senga, il-Premier ta’ l-Oratorio “Marija Kewkba tal-Baħar”.

Il-Poeta w Professur Oliver Friggieri kiteb dan l-oratorio u Mro. Michael Pulis ikompona il-mużika għal din il-biċċa xogħol artistika, sabiex ikun imfakkar kif jixraq dan l-avveniment importanti għall-parroċċa Matriċi ta’ Stella Maris ta’ Tas-Sliema.

L-oratorio, ser jittella fil-knisja ta’ Stella Maris ta’ Tas-Sliema, nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju 2014 fis-7.15pm.

Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris, ser tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Michael Pulis. Flimkien mal-banda tal-filarmonika Stella Maris, se jieħdu sehem ukoll is-Soprano Karen Camilleri, Tenur Joseph Aquilina, Baritonu Alfred Camilleri, w il-kor, Coro Bel Canto taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Hermann Farrugia Frantz.

Għal aktar informazzjoni dwar dan l-oratorio, ċempel fuq 79445778, ibgħat ittra elettronika fuq: info@stellamarissliema.com jew żur is-sede tas-soċjetà Filarmonika Stella Maris, li jinsab numru 7, Pjazza Annunzjata, Sliema.

Din l-attività hija mingħajr ħlas.