B’referenza għal dak li qal Joseph Muscat dalgħodu, li vot għall-Partit Laburista jfisser vot għal direzzjoni ġdida fl-Ewropa, il-Partit Nazzjonalista qal li bl-għażla ta’ kandidati li għamel Joseph Muscat, il-Partit Laburista qiegħed juri li għadu l-partit ta’ kontra l-Unjoni Ewropea.
B’kandidati bħal Alfred Sant, Charlon Gouder, Miriam Dalli u Joseph Cuschieri, id-“direzzjoni ġdida” ta’ Muscat tista’ tfisser biss partit li se jibqa’ jħares lura u mhux ’il quddiem, qal il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>