L-eks kowċ ta’ Barcelona Tito Vilanova tilef il-battalja kontra l-kanċer fl-età ta’ 45 sena.
Vilanova mexxa lil Barcelona matul l-istaġun li għadda wara li għal diversi snin kien assistent ta’ Pep Guardiola. Vilanova ħa post Guardiola f’Ġunju tal-2012 imma f’Diċembru tal-istess sena reġa’ feġġ il-kanċer u sa Marzu tal-2103 it-tim kien imexxih l-assistent tiegħu Jordi Roura.
Wara li Barcelona rebħu l-kampjonat, Vilanova ħalla l-kariga ta’ kowċ u tard il-Ħamis filgħaxija kien operat b’urġenza i]da dam biss ftit siegħat ħaj wara l-intervent kirurġiku.
Gerardo Martino kien ħa post Vilanova wara li dan tal-aħħar ħalla lill-klabb f’Lulju tal-2013.
//= $special ?>

