Wara l-wirjiet brillanti tat-timijiet Nazzjonali tal-kbar f’Limerick u Aberdeen u l-wirja tajba taż-żgħażagħ taħt is-16-il sena, fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq jirritorna l-Kampjonat tax-Xitwa. Dawn il-partiti kienu posposti fid-29 u l-31 ta’ Marzu.
Fl-ewwel partita, fid-9.45 a.m. San Ġiljan Allcare Insurance jiltaqgħu kontra Sliema Frank Salt fl-ewwel konfront dirett bejn it-tlieta ta’ fuq. Iż-żewġ timijiet rebħu l-logħbiet tagħhom s’issa, b’San Ġiljan jirbħu lil Sirens u Exiles filwaqt li Sliema għelbu lil Valletta, Exiles u Sirens. F’din il-partita ħadd ma jibda favorit u għalhekk nistennew logħba miftuħa.
Fit-tieni partita, fil-11am. iċ-Champions Neptunes Emirates jilagħbu t-tielet logħba tagħhom kontra Sirens Ritter Sport. Kuntrarju għall-ewwel logħba, iż-żewġ timijiet għaddejjin minn fażi differenti fil-Kampjonat. Bħal Sliema u San Ġiljan, Neptunes rebħu l-partiti tagħhom kontra Exiles u Valletta filwaqt li Sirens tilfu t-tlett partiti tagħhom u jinsabu mingħajr punti flimkien ma’ Exiles.
GĦAWM
Rekord nazzjonali fil-4x100m medley
Fi tmiem din il-ġimgħa fil-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq qed issir il-laqgħa tal-għawm tal-Għid KLIKK.
It-tim nazzjonali tar-relay iffurmat minn Neil Muscat, Andrea M Agius, Julian Harding u Raoul Satfrace waqqaf rekord nazzjonali fil-4x100m medley f’3:58.86 sek.
Dawn l-għawwiema naqqru kważi żewġ sekondi mir-rekord preċedenti li kien ta’ 4>00.50 sek mwaqqaf waqt il-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Liechtenstein fl-2011.
Dan il-ħin kien ukoll rekord tal-Kampjonati.
//= $special ?>

