Il-grupp The Helping Hands se jtella’ x-show Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat nhar l-24 ta’ Mejju 2014 fit-8.00pm fl-Auditorium ta’ Sant’Agatha, ir-Rabat. Din ix-show se tittella’ biex il-fondi miġbura jmorru għal Puttinu Cares fejn The Helping Hands se tagħti donazzjoni ta’ 5 ewro għal kull biljett tal-adulti li jinbiegħ u 2 ewro għal kull biljett tat-tfal li jinbiegħ. L-artist Għawdxi Paul Stellini ta donazzjoni ta’ pittura li se tkun qed tittella f’irkant b’risq Puttinu Cares.
Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat huwa spettaklu mużikali li ħadd m’għandu jitlef fejn se jkun hemm orkestra live taħt id-direzjoni ta’ Mro. Joseph Grech. Dan ix-show għandu l-involviment ta’ aktar minn 120 persuna bil-parteċipazzjoni ta’ Ludwig Galea, Pamela Bezzina u Roger Tirazona fost oħrajn.
//= $special ?>