Għal Bupa Luxol ir-raba’ logħba mill-finali tal-play-off li se tintlagħab, se tkun ħajja jew mewt għaliex rebħa biss tħallihom ikomplu jittamaw li jistgħu jċaħħdu lil Athleta A to Z Electronics milli jerġgħu jirbħu l-kampjonat. Bħalissa Athleta qed igawdu vantaġġ ta’ 2-1 f’finalu fuq l-aħjar minn ħamsa.
Madankollu biex jirbħu Luxol iridu jilagħbu aktar bħala tim u jkollhom sabar fl-attakk li jdawru l-ballun. Għal Athleta l-kollettiv u l-paċenzja huma l-armi prinċipali. Anki d-difiża aggressiva tista’ tkun fattur determinanti għall-fatt li Luxol jixxuttjaw kif jaraw il-basket.
Athleta, b’M. Naudi mhux daqshekk prominenti fl-attakk dejjem isibu xi plejer ieħor biex jiksbu l-punti iżda mhux l-istess jista’ jingħad għal Luxol li min-naħa tagħhom qed jittamaw li t-twil S. Deguara jkun aktar attent fil-fawls.
Għal Luxol ħafna se jiddependi mill-Amerikan M. Myers Keitt li jkun aktar konsistenti fl-attakk u jiddefendi aħjar. Min-naħa l-oħra Athleta jittamaw li x-shooters tagħhom jibqgħu fil-forma tajba li attwalment jinsabu fiha.
//= $special ?>