Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Filmat: L-MEPs tal-PN jaħdmu b’konvinzjoni għal Malta aħjar – Chris Said

Meta kien qed jindirizza l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista dwar il-manifest elettorali għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Chris Said sostna li d-differenza bażika bejn id-Deputati Ewropej tal-PN u dawk Laburista hi li b’konvinzjoni l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti jaħdmu favur Malta aħjar.

Chris Said qal li dan hu pass ieħor importanti fl-istorja tal-PN u tal-pajjiż għaliex dan hu programm elettorali li jispjega l-viżjoni tal-PN. Il-PN qed ikun ċar billi jidentifika l-oqsma tax-xogħol, l-ambjent, l-edukazzjoni, is-saħħa, in-negozju u l-pajjiż bħala prijorità.

Għalhekk is-soċjetà kollha taf fejn qiegħda mal-PN, sostna Chris Said, li sostna li l-PN mhu jaħbi xejn lill-poplu. Hawn joħroġ il-kuntrast mal-PL u l-mod kif dan mexa qabel l-aħħar elezzjoni, sostna Chirs Said, li sostna li l-opportunità tal-elezzjonijiet għall-parlament Erwopew hi waħda li fiha l-poplu jista’ jibgħat messaġġ bil-vot tiegħu.

Hu kompla li l-PL jgħid li dan hu gvern li jisma meta fil-fatt dan mhux il-każ. Bħala eżempju hu semma l-każ tat-tanker li se jitoġġa fil-Port ta’ Marsaxlokk fejn il-Prim Ministru baqa’ għaddej li jpoġġi dan il-periklu minkejja l-appell tar-residenti taż-żona.

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN semma l-wegħdi li għamel Muscat qabel l-elezzjoni u spjega kif Muscat ma qal xejn dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza, li jinkludi l-adozzjoni tat-tfal mill-koppji tal-istess sess u li jankra tanker tal-gass f’nofs port ċentrali. Dan hu ħabi u arroganza min-naaħa tal-Prim Ministru, sostna Chris Said, li sostna li dan hu dak li qed jgħid il-poplu.

Chris Said kompla li ħafna Laburisti ġenwini huma dispjaċuti għaliex anki lil dawn Muscat wegħdhom iżda issa qed jindunaw li Muscat użahom u rmiehom. Fl-24 ta’ Mejju l-poplu għandu opportunità li jsemmu leħnu bil-vot tiegħu u li jwassal messaġġ ċar lil Muscat biex ma jiqbax jirrombla b’mod arroganti minn fuq il-poplu Malti. Dan jista’ jsir billi l-elettorat jivvota lill-kandidati kollha tal-PN, li hu ttim magħqud u li b’konvinzjoni jemmen fl-UE.

Meta tkellem dwar il-manifest elettorali, Chris Said qal li l-PN jemmen f’ħidma fil-Parlament Ewropew biex id-demokrazija tissaħħaħ fil-pajjiż billi tkun assigurata l-indipendenza tal-awtoritajiet pubbliċi. Dan il-gvern mhux qed jagħmel hekk f’diversi setturi fosthom l-Armata u l-Korp tal-Pulizija.

Il-Kummissarju tal-Pulizija hu pupazzz f’idejn il-gvern tant li ma ħarġet l-ebda stqarrija meta l-Ministru tal-Ġustizzja kien involut f’inċident tat-traffiku li fih żewġ persuni weġġgħu gravi. Il-Prim Ministru ħalla wkoll Pulizija jikseb il-koddiċi ta’ etika meta ħa sehem fil-kampanja Labuirsta meta l-istess Prim Ministru żaru fid-dar tiegħu f’attivita tal-PL.

Il-PN irid li l-MPs Ewropew ikun tarka għad-drittijiet taċ-ċittadini, sostna Chris Said, li kompla li l-Parlament Erwopew hu l-parlament tal-popli kollha Ewropew inkluż Malta. Bil-provi ż-żewġ MPs tal-PN wettqu din il-ħidma meta l-gvern Labuirst umilja lil Malta bil-bejgħ taċ-ċittadinanza.

Chris Said qal li l-PN irid li l-MPs jaħdmu biex jinstabu setturi ġodda biex l-ekonomija Maltija tkattar iktar xogħol għaliex kull meta kien fil-Gvern, il-PN dejjem ħoloq ix-xogħol.

Il-gvern Labuista reġa’ ġab rekord ta’ qgħad, sostna Chris Said, li spjega kif kull meta jkun hemm Gvern Laburista il-qgħad dejjem jiżdied. Il-gvern falla fil-qasam tax-xogħol tant li hawn 8,000 persuna jfittxu x-xogħol meta għal tal-qalba u għal tal-familja l-gvern sab ix-xogħol.

Maċ-Ċivil, il-Gvern diġa daħħal 1,400 persuna mal-gvern fejn nefaq 22 miljun ewro iktar f’pagi fiċ-Ċivil fl-ewwel tliet xhur tas-sena li għaddiet. Il-Gvern qed joħloq biss xogħol għal tal-qalb u għal tal-familja, sostna Chris Said, fosthom lill-partern fin-negozju. Mal-mara tal-Prim Ministru b’pakkett ta’ 60,000 ewro fis-sena.

Is-Segretarju Ġenerali qal li l-MPs Ewropej tal-PN iridu jaħdmu favur l-interessi tan-negozji żgħar u medji, li bħalissa għaddejjin minn żminijiet diffiċli għaliex hawn suq negattiv. F’ħames xhur minn sebgħa, il-bejgħ naqas drastikament.

Il-PN irid ukoll li l-MPs Ewropej jagħtu l-massimu biex Malta tibbenefika minn fondi għall-istudenti u t-taħriġ għaliex kien il-PN li ġab iktar minn 1,000 miljun ewro. Il-Gvern Laburista raqad fuq dawn il-fondi fejn il-gvern għadu lanqas qal li għandu pjan kif jintużaw dawn il-fondi, sostna Chris Said.

Il-PN jinsisti li l-UE tibqa’ tarka fl-ambjent għaliex fil-pajjiż reġgħet sitwazzjoni ta’ ħniżrijiet bħal dawk tal-Gvern Laburista tas-sebgħinijiet u t-tmeninijiet.

Irridu li l-MPs Ewropej jaħdmu għal iktar għarfiet dwar id-diffikultajiet li jffaċċjaw diversi pajjiżi quddiem l-immrgzzoni rregaoalri, sostna Chris Said, li kompla li dan għandu jsir bla theddid ta’ vetos iżda b’diskussjonijiet u ħidma qawwija mill-MPs Ewropej.

Il-PN hu impenjat li l-polu jkollu Malta aħjar billi l-PN itella’ tliet deputati fil-parlament Ewropej għaliex hekk jixraqlu l-PN. Illum il-PN hu mmexxi minn persuna li kien fuq quddiem jaħdem favur is-sħubija ta’ Malta fl-UE għaliex kien konvint li bis-sħubija Malta tkun aħjar.

Fil-Parlament Ewropew il-poplu Malti m’għandux ikollu pupazzi ta’ Muscat iżda nies kompetenti konvinti mill-UE u li jaħmdu mill-qalb għlal-poplu Malti.

Chirs Said semma lil Alfred Sant u appella lil Muscat biex jieqaf jinsulenta lill-poplu meta jiddikjara li Sant mhux ewro-xettiku. Għalhekk il-poplu għandu jifhem l-importanza li l-poplu jeleġġi tliet deputati fil-Parlament Ewwropew.