Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt

Mara ta’ 25 sena, residenti Santa Venera, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kmieni dalgħodu, għal ħabta tat-tlieta u kwart, kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

Il-vittma, kienet passiġġiera fil-vettura meta fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, Siġġiewi għal xi raġuni, vettura tat-tip Subaru, misjuqa minn ġuvni ta’ 26 sena, residenti l-Qrendi, baqgħet dieħla ġo ħajt.

Hija ittieħdet immedjatament l-isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.