Lokali

Persuna feruta f’inċident ħdejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija

Minn informazzjoni li għandu maltarightnow.com, inċident tat-traffiku ħdejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija ħalla raġel ferut bil-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

L-inċident seħħ meta l-vettura kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ nazzjonalità Taljana fid-direzzjoni lejn il-Mosta.