Is-Soċjetà Filarmonika La Stella, nhar il-Erbgħa 30 ta’ April 2014, ser tkun qed torganiżża serata mużikali bis-sehem ta’ l-alljievi u l-bandisti ġodda tal-Banda Ċittadina u Dekana La Stella. F’din l-okkażjoni, minbarra li ser jiġu ppreżentati uffiċċjalment il-bandisti l-ġodda, l-istess bandisti ser jesegwixxu biċċiet mużikali. Il-bandisti l-ġodda segwew l-istudji mużikali tagħhom taħt id-direzzjoni ta’ George Camilleri, Mario Galea u Michael Bonanno.
Il-Banda La Stella, mmexxjia mis-Surmast Direttur, il-Prof. Joseph Vella, għadha kemm temmet programm ta’ servizzi marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa, u fil-jiem li gejjin, minbarra s-sehem fil-festi speċjali organiżżati mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, ser tkun qed tipprepara ukoll sabiex tirrekordja s-sett ta’ marċi brijużi ġodda għas-sena 2014.
//= $special ?>