Għada se jkun jum importanti għall-Knisja Kattolika hekk kif il-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni u Papa Ġwanni XXIII se jiġu ddikjarati qaddisin. Fost l-oħrajn, din iċ-ċerimonja tal-kanonizazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni u Papa Ġwani XXIII se tkun qed tixxandar live fuq Net Television b’xandira speċjali mill-Vatikan li tibda mill-9.45am.
F’din l-okkażjoni wkoll, għada, il-gazzetta il-Mument se tippubblika suppliment speċjali dwar dawn iż-żewġ papiet kbar fl-istorja tal-Knisja Kattolika.
Is-suppliment jinkludi wkoll intervista mal-Arċisqof Pawlu Cremona, devot kbir ta’ Papa Ġwanni Pawlu XXIII, kif ukoll diversi tifkiriet taż-żjarat li l-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni għamel fil-gżejjer Maltin fl-1990 u fl-2001. Fost l-oħrajn se tkun qed tiġi żvelata storja ta’ raġel Malti li jsostni li l-Papa Ġwanni Pawlu XXIII kellmu waqt li kien fuq il-qabar tiegħu fil-Vatikan.
Mal-gazzetta il-Mument, se jkun qed jitqassam ukoll poster bil-kulur taż-żewġ papiet. Il-gazzetta għada se tkun qed tinbiegħ għall-prezz ta’ 2 ewro.
//= $special ?>