Sport Sport Ieħor

Żewġ rebħiet għal Malta fl-Eightball

It-tim nazzjonali Malti tal-Kbar tal-Eight Ball Federation beda l-avventura tiegħu fil-Kampjonati Ewropej b’żewġ rebħiet importanti.

Fl-ewwel logħba Malta għelbet lill-Ġibiltà 22-3 waqt li fit-tieni partita t-tim Malti ħareġ rebbieħ 14-11 kontra Ċipru.

It-tim Malti jerġa’ jkun fl-azzjoni llum kontra Shetlands.

Il-Ġimgħa t-tim Malti taħt it-18-il sena kien eliminat fis-semi-finali kontra l-Iskozja li mbagħad tilfu fil-finali kontra l-Ingilterra.