Internazzjonali

Żjara storika ta’ Obama fil-Malasja

Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama, wasal il-Malasja wara li qatta’ żmien fil-Ġappun u l-Korea t’Isfel bħala parti minn tour li hu qed jagħmel fl-Asja.

B’hekk Obama sar l-ewwel President Amerikan fil-kariga li żar il-pajjiż ta’ maġġoranza Musulmana mill-1966, b’din iż-żjara qed tindika titjib fir-relazzjonijiet bilaterali wara għexieren ta’ snin ta’ relazzjonijiet pjuttost skomdi bejn iż-żewġ pajjiżi.

Kien mistenni li Obama jinsisti għal relazzjonijiet kummerċjali eqreb mal-Malasja biex ‘jibbilanċja’ l-influwenza taċ-Ċina fir-reġjun partikolari.