Futbol Sport

Ajax champions tal-Olanda għat-33 darba

Ajax ġew inkurunati champions tal-Olanda għar-raba’ darba konsekuttiva u t-33 fl-istorja tagħhom meta ħadu punt kontra Heracles f’logħba li intemmet 1-1. Hekk kif fadal biss logħba għal tmiem il-kampjonat Ajax għandom erba’ punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali Feyenoord. Għat-tim ta’ Frank de Boer din kienet il-21 partita bla telfa. Fit-13-il minuta SCHOENE fetaħ l-iskor favur Ajax filwaqt li r-risposta ta’ Heracles waslet fit-22 minuta meta skurja għalihom CZIOMMER.
Ir-rebħa kbira ta’ 5-1 li Feyenoord kisbu fuq Cambuur kienet waħda inutli.

Se jkollhom jistennew
PSG se jkollhom jistennew minn tal-anqas sas-7 ta’ April biex jaċċertaw mir-rebħ tal-kampjonat Franċiż wara li l-bieraħ ġew miżmuma draw 1-1 barra minn darhom kontra Sochaux. Li kieku t-tim ta’ Blanc rebaħ il-konfront kien ikun inkurunat champion għat-tieni darba konsekuttiva. Jekk PSG jirbħu kontra Rennes fis-7 ta’ April jirbħu l-kampjonat u din tkun l-ewwel darba fl-istorja tagħhom li jkunu rebħuh għal sentejn konsekuttivi. CAVANI kien poġġa lil PSG fil-vantaġġ wara 24 minuta imma fis-57 minuta Thiago Silva tefa’ fix-xibka tiegħu stess għal skor finali ta’ 1-1.