Id-Dar tal-Providenza ħabbret li l-logo il-ġdid tad-Dar tal-Providenza se jkun dak magħmul mid-disinjatur Sean Cini.
Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr. Martin Micallef ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Qal li l-logo jinkludi fih fatturi importanti li jirrappreżentaw l-imħabba evanġelika, is-sapport u d-determinazzjoni.
Il-kuluri wkoll għandhom irwol importanti fid-disinn il-ġdid. Il-kuluri huma differenti, madanakollu jikkumplimentaw lil xulxin perfettament, xi ħaġa li tirrappreżenta d-diversita’ fil-bniedem.
Sean Cini għandu 26 sena u jaħdem bħala Graphic Designer fid-Dipartiment tal-Marketing tal-MaltaPost.
Kien f’Settembru li għadda li d-Dar tal-Providenza ippubblikat sejħa għal min ried jissottometti disinn ġdid għad-Dar tal-Providenza hekk kif is-sena d-dieħla ikun kommemorat il-50 anniversarju mit-twaqqif tagħha.
//= $special ?>